Tuesday, December 24, 2024

Minn kumpens ta’ £2.2 miljun għal multa ta’ £75,000

Kok f'Londra deher għaddej b’ħajtu b’mod normali meta suppost bilkemm seta' jimxi

Aqra wkoll

Kok li kien weġġa’ fuq il-post tax-xogħol u li qal illi kellu jirreżenja minħabba numru ta’ diżabbiltajiet “sinjifikanti”, ġie rrifjutat milli jingħata kumpens ta’ £2.2 miljun.

Dan wara li deher jaqdef fuq kajjik flimkien ma’ wliedu f’ritratt li ċċirkola fuq il-midja soċjali. Huwa deher ukoll jistad u jerfa’ lil uliedu fuq spallejh, jimxi b’mod normali mingħajr ħtieġa ta’ għajnuna, deher jimla l-karozza bil-fuel kif ukoll jagħmel ix-xiri ta’ kuljum.

Ferenc Sumegi, raġel ta’ 49 sena minn Berkshire, kien qal li bilkemm seta’ jimxi minħabba “wġigħ gravi” kkawżat minn strapazz żejjed f’dahru fuq il-post tax-xogħol, fejn sostna li ma setax jerfa’ affarijiet tqal jew jagħmel ċertu movimenti (fosthom ġiri, jinżel għarkupptejh, jagħmel l-isquatts jew jieħu lit-tfal il-bandli).

Bħalissa Sumegi qed jaffaċċja multa ta’ £75,000 wara li rriżulta illi ma kienx ġenwin meta talab kumpens ta’ iktar minn £2 miljun lill-kumpanija li kien jaħdem magħha — Airport Caterer Gate Gourmet UK Ltd.

Ekonomija

Sport