Monday, May 13, 2024

“Minn moħħi mhu se jitneħħew qatt dawk il-persuni lebsin l-abjad”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Ritratti: ROGER AZZOPARDI

“Kull firda iebsa. Din tal-Covid-19 imma hi iebsa ħafna aktar. Diġà hi iebsa li l-vittma jispiċċa kważi waħdu jikkumbatti. Tieħu imbagħad degħxa oħra fil-funeral. It-tebut imgeżwer fil-plastik. Il-persuni li jerfgħu lebsin l-abjad minn fuq s’isfel. Emminni din id-dehra ma tistax titlaq minn moħħi. Sa tibqa’ miegħi ħajti kollha”, hekk qalitilna f’kumment ma’ dan is-sit qariba ta’ persuna li ftit jiem ilu kienet preżenti għal funeral ta’ qarib tagħha li miet bil-Covid-19.

F’ritratti miġbudin mill-fotografu tal-UnionPrint, jidher aktar mill-qrib il-funeral li sa ftit tax-xhur ilu forsi lanqas biss kien jgħaddilna minn moħħna li naraw. Il-persuni li jmutu waqt li jkunu pożittivi għall-Covid-19, qed jgħaddu minn proċess ta’ mitigazzjoni bi prekawzjoni biex jitnaqqas ir-riskju tat-tixrid tal-virus.

Fost affarijiet oħrajn, it-tebut qed jiġi mgeżwer fil-plastik u dawk li jġorru l-vittma jkunu lebsin ilbies prottetiv bi prekawzjoni għal saħħithom.

Sport