Saturday, April 27, 2024

Minn nhar it-Tnejn se jkomplu l-eżamijiet għal-liċenzji tas-sewqan

Aqra wkoll

Minn għada t-Tnejn, l-ewwel ta’ Ġunju, ser jerġgħu jitħallew isiru l-eżamijiet, kemm prattiċi u tat-teorija, għal-liċenzji tas-sewqan. L-eżamijiet kienu twaqqfu lura f’Marzu minħabba l-imxija tal-COVID-19 u issa ser ikomplu b’għadd ta’ prekawzjonijiet ġodda. L-eżamijiet se jkomplu fil-kategoriji kollha, l-A tal-muturi, B, tal-karozzi, C u D għall-vetturi kummerċjali, kif ukoll għaċ-ċertifikat ta’ kompetenza professjonali.

Fost il-proċeduri l-ġodda, ser ikun hemm l-istudent jew studenta biss flimkien mal-eżaminatur fil-vettura. L-għalliema mhux se jirkbu magħhom. It-twieqi jridu jinżammu miftuħa u l-eżaminaturi ser jilbsu visor. L-istudenti wkoll iridu jilbsu jew visor jew maskra. Il-vetturi ser ikunu disinfettati qabel kull eżami. Fil-każ tal-muturi, mhux se jintużaw r-radjijiet għaldaqstant, għal kuntrarju ta’ kif kien isir qabel, ir-rotta ser tkun stabilita minn qabel. 

Uffiċjali ta’ Transport Malta ser jieħdu t-temperatura tal-kandidati jew tal-għalliema u jirrifjutaw l-eżami lil dawk li juru xi sintomi.

L-għalliema vulnerabbli, minħabba saħħithom jew is-saħħa ta’ familjari jistgħu jitolbu l-posponiment tal-eżamijiet.

Il-proċeduri f’iktar dettal u iżjed informazzjoni tinstab hawn

Sport