Thursday, April 18, 2024

Minn nhar l-Erbgħa d-Danimarka tiftaħ l-iskejjel u d-day centres mill-ġdid

Aqra wkoll

Iżda ristoranti, bars, u ċentru kummerċjali se jibqgħu magħluqin

Id-Danimarka se tkun qed tiftaħ l-iskejjel u d-day centres minn nhar l-Erbgħa li ġej, hekk kif qed tkun qed ittaffi mill-miżuri ta’ lockdown. Dan wara li l-Gvern qed iqis li n-numru ta’ coronavirus fil-pajjiż issa stabbilizzaw.

Madankollu miżuri bħall-għlueq ta’ bars, ristoranti, ċentri kummerċjali u l-projbizzjoni ta’ attivitajiet ta’ aktar minn 10 persuni se jibqgħu fis-seħħ għal mill-inqas xahar ieħor.

Il-pajjiż Skandinavu, li rreġistra aktar minn 5,000 każ ta’ persuni infettati bil-covid-19, b’total ta’ 237 fatalità, ra stabilizzazzjoni fil-każi ta’ mwiet u ta’ każi ġodda matul dawn l-aħħar jiem.

Fl-istess waqt il-Prim Ministru, Mette Frederiksen, wissiet li l-pjan se jkun qed jirnexxi biss jekk ir-regoli ta’ lockdown jiġu mtaffijin b’mod gradwali.

Il-Gvern Daniż kien ordna l-għeluq tal-iskejjel, day cares, ristoranti, cafes, u gyms meta ġiet introdotta l-lockdown. Dan filwaqt li kien għalaq il-fruntieri kollha lill-barranin.

Ekonomija

Sport