Friday, November 15, 2024

Minn tal-inqas 32 persuna mietu f’inċidenti separati fit-Turkija 

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Sittax-il persuna, inklużi ħaddiema ta’ emerġenza u ġurnalisti mietu meta xarabank ħabtet f’sit fejn kien seħħ inċident ieħor aktar qabel,” qal il-Gvernatur Reġjonali Davut Gul mill-provinċja ta’ Gaziantep. Minbarra l-vittmi kien hemm ukoll 20 persuna oħra li sfaw feruti u ngħataw il-kura. 

“Fl-10.45 ta’ filgħodu, karozza tal-linja kienet involuta f’inċident tat-traffiku hawn. Meta waslu l-ħaddiema tat-tifi tan-nar, timijiet mediċi u oħrajn li ġew biex jirrispondu għall-inċident, karozza tal-linja oħra ħabtet 200 metru ‘l bogħod mill-inċident. 

“It-tieni karozza tal-linja baqgħet nieżla lejn dan is-sit u laqtet lill-ħaddiema li ġew jagħtu l-ewwel għajnuna u lin-nies midruba li kien hemm mal-art,” spjega Gul meta kien qed jitkellem fuq il-post fejn seħħew l-inċidenti.

F’inċident separat, 16-il persuna oħra mietu wara li trakk baqa’ dieħel fin-nies f’Mardin. Ma kien hemm l-ebda rapporti ta’ konnessjoni bejn iż-żewġ inċidenti. 

Fit-tieni inċident, indarbu 26 persuna oħra, tmienja minnhom serjament. Intqal li dan l-inċident seħħ wara li t-trakk marrulu l-brejkijiet.

Ekonomija

Sport