Wednesday, December 25, 2024

Miss Japan iċċedi t-titlu għax kellha relazzjoni ma’ raġel miżżewweġ

Aqra wkoll

Ir-rebbieħa tal-konkors tas-sbuħija Miss Japan, imwielda l-Ukrajna, kellha ċċedi l-kuruna tagħha, wara li rapport żvela li hi kienet f’relazzjoni ma’ raġel miżżewweġ. Karolina Shiino ta’ 26 sena ġiet inkurunata Miss Japan ġimagħtejn ilu iżda r-rebħa tagħha qajjmet dibattitu kbir mill-pubbliku. 

Bosta Ġappuniżi laqgħu bil-ferħ il-fatt li hi kienet se tirrappreżenta lil pajjiżhom, filwaqt li oħrajn qalu li hija ma tistax tirrappreżenta s-sbuħija Ġappuniża, minħabba l-fatt li twieldet l-Ukrajna. 

F’artiklu ppublikat f’gazzetta Ġappuniża, ġie rrappurtat li Karolina kienet involuta f’relazzjoni ma’ raġel miżżewweġ u li huwa influencer. Fit-tweġiba inizjali tagħhom għall-artiklu ppublikat, l-organizzaturi tal-konkors tas-sbuħija ddifendew lil Shiino u qalu li hi  ma kinitx taf li r-raġel kien miżżewweġ.

Hija skużat ruħha mal-pubbliku talli kienet qarrieqa, filwaqt li qalet li l-organizzaturi ta’ dan il-konkors aċċettaw ir-riżenja tagħha. Għalhekk li t-titlu ta’ Miss Japan issa se jibqa’ vakanti għall-kumplament tas-sena, minkejja li kien hemm diversi runner-ups.

Ekonomija

Sport