Friday, May 3, 2024

L-aħħar ċans biex wieħed japplika għat-tieni staġun ta’ Love Island Malta 

Aqra wkoll

Love Island Malta, se jkun qiegħed jirritorna f’Mejju li ġej. Huwa għalhekk li dawk kollha li huma interessati li japplikaw fadlilhom l-aħħar ċans biex japplikaw fuq is-sit; https://loveislandmalta.tv/.

Bħas-sena li għaddiet, minbarra li wieħed jista japplika għalih innifsu, jista wkoll jinnomina xi ħabib jew ħabiba li huma ideali sabiex jieħdu sehem. 

Matul dan l-istaġun, bħal ma kien hemm qabel, se jkun hemm grupp ta’ ġuvintur u tfajliet li mhumiex f’relazzjoni u fil-ġimgħat li jqattgħu fil-villa flimkien, jridu jaraw li jsibu l-maħbub tagħhom. 

Dawk li ma jirnexxielhomx f’relazzjoni u jispiċċaw weħidhom, ikunu qegħdin jitilfu ċ-ċans li ma jibqgħux fil-villa. Huma jkunu wkoll f’riskju li jitilfu €20,000, li jingħataw fl-aħħar tal-istaġun lil koppja waħda 

Sport