Monday, May 13, 2024

FA Trophy: Birkirkara jirbħu fil-ħin barrani

Aqra wkoll

Birkirkara ………..1

Sirens …………….0

(wara l-ħin barrani)

Birkirkara kellhom jitħabtu biex għelbu lil Sirens bl-iskor ta’ 1-0 liema partita kellha tmur fil-ħin barrani.

Din kienet ukoll l-ewwel partita għall-Karkariżi taħt it-tmexxija tal-coach il-ġdid, José Borg, li għadu kif inħatar it-Tnejn li għadda.

Minkejja li jinsabu fil-post ta’ qabel l-aħħar fil-Kampjonat Premier, huma taw sfida denja lill-holders ta’ din il-kompetizzjoni.

Fil-ħin miżjud tal-ew­wel taqsima, Andrei Ciolacu, fal­la penalty għal Birkirkara, meta mill-11 il metru xeħet barra.

Fil-ħin barrani, il-Pawlini kellhom jilagħbu bi player inqas meta fid-90 minuta tkeċċa Hasan Gomda għal żewġ karti sofor.

Il-goal li ddeċieda l-partita wasal fil-111-il minuta minn Omar Elouni.

Birkirkara: 1-Marcel Zapytowsky, 5-Enrico Pepe, 8-Paul Mbong, 10-Andrea Zammit, 11-Kurt Zammit, 20-Alex Satariano (91-Maxuell Maia 55), 24-Enmy Manuel Pena Beltre (36-Edward Sarpong 56), 25-Neil Micallef (70-Omar Elouni 109), 27-Alessandro Coppola, 42-Simon Zibo, 99-Andrei Ciolacu (7-Adailton Queiroz De Jesus 62) – Coach: José Borg

Sirens: 1-Andrea Cassar, 3-Da­niel Murillo Borero, 5-Prosper Boakye, 6-Hasan Gomida, 8-Ni­cholas Pulis, 9-Andreas Panayiotou (26-Sacha Borg 97), 10-Gilberto Martins, 15-Konsntaninos Ntampizas, 23-Bismar Asare (31-Degran Jackson 74), 29-Kwasi Donsu, 96-Daniel Agius (18-Mohammed Akadom 114) – Coach: Steve D’Amato

Referee: Malcolm Spiteri

Ass. Referees: Jurgen Spiteri, Mark Ciantar

Raba’ Uffiċjal: Ezekiel Barbara

Skorer: O. Elouni 111 (B)

Tkeċċa: H. Gomda 90 (S)

Ammoniti: P. Boakye, H. Gomda (S), A. Ciolacu, O. Elouni (B)

Sport