Thursday, December 26, 2024

Missier fl-Istati Uniti jinstab ħati li xtara pistola lill-ibnu ta’ 15 -il sena

Aqra wkoll

Missier tifel armat li fl-iskola ta’ Michigan qatel erba’ studenti nstab ħati ta’ qtil involontarju. James Crumbley, missier ta’ 47 sena, tressaq quddiem il-Qorti tal-Istat Uniti, instab ħati li kien injora l-bżonnijiet tas-saħħa mentali ta’ ibnu ta’ 15-il sena, u xtralu l-pistola. Konsegwenza ta’ hekk, ibnu daħal armat l-iskola li jattendi f’Michigan u qatel erba’ studenti lura għal Novembrutal-2021. 

Il-mara tiegħu, Jennifer Crumbley,  instabet ħatja u se titressaq ix-xahar id-dieħel quddiem il-Qorti Suprema tal-Istati Uniti, sabiex tiġi kkundannata. Il-każ kontra il-familja Crumbley qiegħed jitqies bħala wieħed storiku, għaliex jimmarka l-ewwel darba li l-ġenituri ġew akkużati bi qtil involontarju minħabba r-rwol ta’ uliedhom fi sparatura fl-Istati Uniti.

Binhom, Ethan, qatel lill-istudenti sħabu Tate Myre, ta’ 16-il sena; Hana St Juliana ta’ 14-il sena; Madisyn Baldwin ta’ 17-il sena u Justin Shilling ta’ 17-il sena. Seba’ persuni ndarbu wkoll fl-isparatura.

Huwa se jkun qed jiskonta sentenza ta’ għomor il-ħabs mingħajr parole.

Ekonomija

Sport