Sunday, December 22, 2024

Mistenni jitressaq il-Qorti b’rabta ma’ ħruq ta’ żewġ vetturi

Aqra wkoll

Fil-ġranet li ġejjin, raġel ta’ 36 sena residenti l-Belt Valletta, mistenni jitressaq b’rabta ma’ ħruq ta’ żewġ vetturi.

Investigazzjonijiet intensivi mill-Arsons Unit fi ħdan id-Dipartiment tar-Reati Maġġuri u dawk tad-Distrett ta’ Ħal Qormi wasslu għall-arrest tar-raġel.

Il-każ seħħ nhar is-Sibt li għadda, fl-20 t’Awwissu, meta għall-ħabta tal-ħamsa ta’ filgħodu, il-Pulizija flimkien mal-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ntalbu jassistu fi Triq ix-Xitwa, Ħal Qormi peress li kien hemm xi vetturi qed jaqbdu.

Wara li ntfew in-nirien, minnufih bdew l-investigazzjonijiet tal-Pulizija filwaqt li ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Nadine Lia li ħatret inkjesta.


Ekonomija

Sport