Friday, December 27, 2024

Mistennija jerġgħu jibdew vjaġġi lejn it-tifrik tat-Titanic

Aqra wkoll

F’Ġunju 2023, l-uniku sottomarin fid-dinja li kien jagħmel vjaġġi turistiċi lejn il-fdalijiet tat-Titanic fl-iktar parti fonda fil-qiegħ tal-Oċean Atlantiku kien ġie rrappurtat nieqes wara li tilef il-kuntatt mal-vapur omm meta kien kwżi wasal fid-destinazzjoni qrib it-Titanic.

Ġanet wara kien ġie kkonfermat li s-sottomarin Titan, kien sploda ‘l ġewwa, qatel il-ħames passiġġieri abbord u wassal l-industrija lussuża tal-għads f’xifer falliment li għadu jinħass sal-lum.

L-impatt tat-traġedja li kienet prevenibbli se jkompli jħawwad in-niċċa żgħira iżda profittabbli ħafna tal-industrija. Triton hu propjeta ta’ biljunarju minn Ohio l-Istati Uniti li qed jittama li l-vjaġġi lejn il-fdallijiet tat-Titanic ma jdumx ma jerġgħu jibdew isiru. Tant li qed issir ħidma ntensiva biex jibagħtu sottomarin ġdid li ġie jiswa 20 miljun dollaru b’ 2 persuni abbord f’dak l-istess post.

Il-billjunarju tal-proprjetà immobbli lussuża Larry Connor, li huwa wkoll esploratur tal-baħar fond qed jippjana li jivvjaġġa b’dan is-sottomarin flimkien ma’ sieħbu Patrick Lahey, ko-fundatur ta’ Triton Submarines biex jesploraw il-fdalijiet tat-Titanic.

Qalu li jridu jinżlu bis-sottomain sa fond ta’ madwar 3,800metru (12,467 pied) biex jaraw in-nawfraġju fl-Oċean Atlantiku tat-Tramuntana.

Kelliem għall-kumpanija ta’ Larry Connor qal nhar it-Tlieta li l-vjaġġ propost isir biss ladarba s-sottomarin ikun iċċertifikat għal kollox minn organizzazzjoni tal-baħar. Madankolliu m’hemm l-ebda perjodu ta’ żmien għall-ispedizzjoni ppjanata.

Is-sottomarin tat-Titan li kien inbena mill-kumpanija OceanGate kien magħmul minn fibra tal-karbonju u kien iċċertifikat li jinżel biss sa fond ta’ 1,300metru, ferm inqas mill-fond tal-qiegħ tal-oċean fejn hemm it-tifrik tat-Titanic.

F’Ġnju tal-2023, il-kap eżekuttiv ta’ OceanGate, Stockton Rush ta’ 61 sena, kien wieħed persuni abbord it-Titan li miet flimkien ma’ erba’ passiġġieri oħra: in-negozjant Pakistani ta’ dixxendenza Ingliża Shahzada Dawood ta’ 48 sena u ibnu Suleman ta’ 19-il sena, in-negozjant Ingliż Hamish Harding ta’ 58 sena u Paul-Henry Nargeolet ta’ 77 sena, eks bugħaddas navy.

Kien sar magħruf li Rush kien injora diversi twissijiet minn konsulenti dwar problemi potenzjali li seta jiffaċċja t-Titan. Minkejja li għaddiet kważi sena mit-traġedja l-investigazzjonijiet mill-awtoritajiet Amerikani u Kanadiżi għadhom għaddejjin.

Connor kien rappurtat li qal lill-Wall Street Journal li bl-ispedizzjoni proposta ta’ Triton ried juri lin-nies madwar id-dinja li filwaqt li l-oċean huwa estremament b’saħħtu, jista’ jkun meraviljuż u pjaċevoli u tassew li jbiddel il-ħajja.

L-industrija privata sommerġibbli sofriet wara d-diżastru tat-Titan, iżda huwa ttamat li vjaġġ ta ‘suċċess jerġa’ jqajjem l-interess fost it-turisti.

OceanGate kienet issospendiet l-operazzjonijiet tagħha u ditti oħra rrappurtaw ordnijiet ikkanċellati u tnaqqis fil-bejgħ wara l-implużjoni tat-Titan. Dik it-traġedja kellha effett u naqqset ħafna l-interess tan-nies f’dawn il-vetturi li jinżlu fil-fond taħt wiċċ il-baħar.

Ekonomija

Sport