Wednesday, July 24, 2024

L-ekonomija ta’ pajjiżna tikber 12-il darba aktar mill-medja Ewropea

Aqra wkoll

L-ekonomija ta’ pajjiżna kibret 12-il darba aktar mill-medja Ewropea fl-ewwel kwart ta’ din is-sena.

F’kummenti li l-Prim Ministru kiteb fuq il-midja soċjal qal li fl-ewwel kwart ta’ din is-sena l-ekonomija Maltija kibret b’rata ta’ 12-il darba aktar mill-medja Ewropea.

Kiteb li dan it-tkabbar ġej l-aktar mis-settur diġitali fost l-oħrajn mill-IT, remote gaming u servizzi professjonali.

Intant, f’rapport li jinħareġ kull xahar mill-Bank Ċentrali ta’ Malta ħareġ li l-attività ekonomika ta’ Malta baqgħet tikber anke matul ix-xahar ta’ April.

L-andament tursitku baqa’ ferm għoli waqt li s-sentiment ekonomiku fuq in-negozji u l-familji Maltin baqa’ ferm aħjar mill-medja tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropew. Fir-rapport jingħad li s-settur tal-proprjetà baqa’ għaddej b’ritmu tajjeb fejn ġie nnutat żieda fil-bejgħ u anke fil-prezzijiet.

Fl-istess rapport li ġie nnutat żidiet fl-impjiegi filwaqt li r-rata tal-qgħad baqgħet f’akar livelli baxxi u ħafna inqas mis-sena li għaddiet. Dwar ir-rata tal-inflazzjoni ġie nnutat li din bdiet tonqos u issa tinsab mal-medja Ewropew.

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta jgħid li f’Marzu ta’ din is-sena l-finanzi tal-Gvern baqgħu jisaħħu hekk kif kien hemm tnaqqis fl-ispiża u anke titjib fid-dħul tal-Gvern. Dan kollu wassal biex ikun hemm tnaqqis fid-dejn nazzjonali.

Kien hemm żieda wkoll fid-depożiti tal-familji Maltin fil-banek lokali fejn dawn issa laħqu rekord ġdid.

Ekonomija

Sport