Saturday, December 21, 2024

Mit-Tnejn li ġej mhux se jibqa’ obbligatorju l-ilbies tal-maskra fuq l-ajruplani

Aqra wkoll

Mis-16 ta’ Mejju li ġej dawk li jivvjaġġaw fuq l-ajruplani mhux se jkunu obbligati jilbsu l-maskra.  Dan tħabbar fi stqarrija konġunta bejn l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà tal-Avjazzjoni (EASA) u ċ-Ċentru Ewropew għall-Kontrolli u l-Prevenzjoni tal-Mard (ECDC) li fl-aħħar sigħat ħabbru aktar rilaxx ta’ miżuri għal waqt l-ivjaġġar bl-ajru. Huma ħabbru li se jkunu qegħdin ineħħu l-obbligu tal-ilbies tal-maskri fuq l-ajruplan, iżda fl-istess waqt innutaw li l-ilbies tal-maskra tibqa’ waħda mill-aħjar modi ta’ kif tipproteġi kontra t-tifrix tal-virus.

Dan qiegħed isir fid-dawl tal-iżvilupp tal-pandemija b’mod speċjali minħabba ż-żieda fil-programm tat-tilqim kif ukoll it-tisħiħ tal-immunità naturali madwar id-dinja.

B’żieda ma’ dan it-tnaqqis fir-restrizzjonijiet fejn jidħlu l-maskri qed ikun rakkomandat ukoll li jonqsu l-miżuri fejn jidħol l-operat tal-linji tal-ajru li jkomplu jgħinu biex din l-industrija tkun tista’ tkompli tirpilja.

Fl-istess waqt huma għamluha ċara li r-regoli jistgħu jvarjaw minn linja tal-ajru għal oħra.

Ekonomija

Sport