Wednesday, April 24, 2024

Skont id-djar tal-imħatri Malta mhux favorita li tgħaddi għall-finali tal-Eurovision

Aqra wkoll

Ftit sigħat biss mill-ewwel għoti tal-punti mill-ġurija waqt l-hekk imsejħa jury final, id-djar tal-imħatri qegħdin ibassru li l-kanzunetta Maltija mhix mistennija li jirnexxielha tagħmilha mal-finalisti.

Dan hekk kif illejla l-ambaxxatriċi Maltija Emma Muscat flimien mas-17-il pajjiż li għada se jieħdu sehem fit-tieni semifinali se jkunu qegħdin jippruvaw jikkonvinċu lill-ġurija f’din il-wirja tagħhom. Il-punti li se jkunu qegħdin jingħataw illejla se jkunu qegħdin jingħataw f’total ma’ dawk li jitħabbru għada hekk kif ikunu magħrufa l-bqija tal-finalisti. Kemm il-vot tal-ġurija kif ukoll dak tal-pubbliku jġorru 50% tal-vot aħħari kull wieħed.

Skont id-djar tal-imħatri l-kanzunetta tal-Ażerbajġan mistennija taqbeż lil dik tal-kantanta Maltija anke jekk fl-aħħar jiem, il-kanzunetta Maltija kienet tinsab favorita li tgħaddi. Minkejja dan, dan it-tbassir huwa dak tad-djar tal-imħatri u għalhekk id-destin ta’ pajjiżna f’dan il-festival iħoll u jorbot bejn il-lejla u għada filgħaxija.

Intant, mill-ewwel semifinali li saret ilbieraħ ikkwalifikaw għall-finali tas-Sibt l-Iżvizzera, il-Portugall, in-Norveġja, il-Litwanja, l-Iżlanda, il-Greċja, l-Ukrajna, il-Moldova, l-Armenja u l-Olanda.

Sport