Sunday, December 22, 2024

Mixli bil-pussess u tixrid ta’ pornografija tat-tfal

Aqra wkoll

Filippin ta’ 33 sena nżamm taħt arrest preventiv wara li tressaq il-Qorti mixli b’akkużi relatati mal-pussess u tixrid ta’ pornografija tat-tfal. Rheo Victoriano Loberiza kien mixli li pproduċa jew iċċirkola pornografija ta’ natura estrema li kienet tinkludi tfal taħt id-disa’ snin, u li kiseb aċċess għal materjali indiċenti li fihom jidhru persuni taħt l-età permezz ta’ mezzi teknoloġiċi.

Huwa mifhum li l-pulizija Maltija kienet ilha ssegwi lill-imputat wara li rċeviet
diversi rapporti miċ-Ċentru Nazzjonali għat-Tfal Nieqsa u Sfruttati bbażat fl-Istati
Uniti dwar persuna li kien qed jitlob ħlas fuq Facebook għal ksib ta’ dak li kien
deskritt bħala materjal li allegatament jinvolvi l-pornografija estrema tat-tfal.

Fil-bidu tal-preżentata, ilpartijiet talbu biex il-każ jinstema’ fil-magħluq, iżda lMaġistrat irrifjutat dan u spjegat li kienet qiegħda taġixxi skont linji gwida stabbiliti mill-Qrati Superjuri.

Loberiza li fil-Qorti qal li jaħdem f’supermarket wieġeb mhux ħati tal-akkużi
miġjuba kontrih. Huwa baqa’ jinżamm arrestat wara li ma saret l-ebda talba għall-ħelsien mill-arrest tiegħu.

L-Avukat Adriano Spiter deher għall-imputat.

Ekonomija

Sport