Friday, May 3, 2024

Għada se tingħata l-aħħar tislima lil Leanne Schembri f’Ta’ Ġieżu fir-Rabat

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Leanne Schembri, it-tfajla Rabtija li għaddiet għal ħajja ta’ dejjem, se tkun qiegħda tingħata l-aħħar tislima fil-Kniisja ta’ Ġieżu, għada it-Tlieta 23 ta’ April fit-3:30 p.m

Fuq xewqa tal-Iscouts tar-Rabat fejn hemmhekk qattgħet is-snin tgħallem it-0tfal u fuq xewqa tal-familja ta’ Leanne, dawk kollha li huma membri tal-Iscouts kemm tar-Rabat, kif ukoll ta’ irħula oħra, huma mitluba sabiex jilbsu l-uniformi tal-Iscouts.

Dan filwaqt li n-nies oħra huma mitluba ma jilbsux iswed, iżda l-kulur vjola, miħabba li dan kien il-kulur favorit ta’ Leanne. Il-familja xtaqet ukoll tavża li minflok fjuri se ssir ġabra minn ħdejn li-Knisja bħala għotja lil Puttinu.

Wara li tispicca l-quddiesa, ser issir korteo bil-banda tal-iscouts u l-membri prezenti sac-cimiterju.

Intant fost dawk li sellmu l-memorja tat-tfjala, kien hemm il-messaġġ tal-għarus tagħha; “Kif se ngħix mingħajrek għażiża tiegħi?”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport