Friday, May 3, 2024

“Il-viżjoni tal-Gvern hija li sal-2030 jinbena settur turistiku ibbażat fuq il-kwalità”

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Il-Lukandiera u il-persuni li nvestew f’ristoranti ma għadx għandhom għalfejn joqogħdu jistennew ix-xhur tas-sajf biex jaħdmu. Dan għaliex bosta riċerka u numri juru li t-turisti ġejjin matul is-sena kollha.

Dan iddikjarah l-Ministru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika Clayton Bartolo, hekk kif fil-Parlament kien hemm il-kontinwazzjoni tad-diskussjoni dwar ir-Rapport Annwali dwar l-Iżvilupp Sostenibbli għas-sena 2022.

Il-Ministru Bartolo sostna li s-soċjetá qed tgħix f’dinja li kull ma jmur kolloxqed jinbidel u li n-natura għandna nibżgħu għaliha u mhux immorru kontra tagħha. Hawnhekk , huwa żied jgħid li kull wieħed u waħda minnhagħandu jkun preparat għal dawn ir-realtajiet ġodda.

Dwar ir-responsabilá. huwa qal; “Din mhijiex xi ħaġa la tal-Pn u lanqas tal-PL, anzi ta’ sforz sħiħ għaliex dan is-suġġett partikolari ma jolqotx lill-partit wieħed biss, iżda din tolqot lil kulħadd”.

Fuq it-turiżmu, huwa kompla jispjega li pajjiżna huwa fost l-aqwa. Qal li bi pjaċir jgħid li dan is-settur qed ikompli jikber u li dan qedisir sabiex l-investiment jitgawdew mhux biss matul is-sajf, iżda matul is-sena kollha.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport