Raġel ta’ 30 sena tressaq il-Qorti quddiem il-Maġistrat Lara Lanfranco mixli b’pussess ta’ droga kokaina u kannabis, li ma kinitx għall-użu personali.
Henry Onwaueabuchu kien akkużat li lbieraħ kellu fil-pussess tiegħu l-imsemmija droga kif ukoll li ta dettalji foloz lill-Pulizija
Filwaqt li l-akkużat ċaħad l-akkużi kontrih, il-Maġistrat ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest tal-imputat.