Mixli li f’temp ta’ 22 jum laqat tliet persuni bil-karozza u baqa’ sejjer

Aqra wkoll

Raġel ta’ 28 sena residenti n-Naxxar baqa’ jinżamm taħt arrest preventiv wara li ġie mixli li f’temp ta’ 22 jum weġġa’ tliet persuni wara li baqa’ dieħel f’mutur u karozza u baqa’ sejjer, bit-tieni darba allegatament meta kien taħt l-effett tad-droga.

Huwa kien mixli li fit-8 ta’ Lulju li għadda saq vettura b’manjiera traskurata u perikoluża, laqat missier u bintu, naqas milli jieqaf u li kkaġuna ħsara b’dannu għal żewġ persuni. 

L-imputat kien mixli wkoll li fil-31 ta’ Lulju saq b’manjiera traskurata u perikoluża, kienet taħt l-effett tal-kokaina, weġġa’ ħafif persuna, naqas milli jieqaf u kkaġuna ħsara b’dannu għal żewġ persuni oħra.

Il-prosekuzzjoni spjegat li fl-ewwel hit and run, l-imputat allegatament laqat missier u bintu li kienu fuq mutur waqt li fit-tieni hit and run laqat karozza kif ukoll li l-vittmi kienu fortunati li ma sofrewx ġrieħi aktar gravi.

L-imputat wieġeb mhux ħati tal-akkużi iżda baqa’ jinżamm taħt arrest preventiv wara li kellu t-talba għall-ħelsien mill-arrest miċħuda mill-Qorti. 

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Nathan Bugeja. 

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport