Monday, April 21, 2025

Mixli li ħebb għas-sieħba meta qaltlu li kellha problema bil-karozza

Aqra wkoll

 Raġel ta’ 29 sena residenti l-Marsa wieġeb mhux ħati li ħebb għas-sieħba tiegħu u kkaġunalha ġrieħi ħfief. Isem l-akkużat ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti.

L-Ispettur Colin Sheldon li mexxa l-prosekuzzjoni spjega fil-Qorti li fis-sigħat bikrin tas-17 ta’ April, il-vittma marret tagħmel rapport għand il-Pulizija fejn allegat li wara ġurnata xogħol li marret lura d-dar fejn sabet lill-imputat rieqed.

Minħabba li kellha xi problemi fil-karozza, l-allegat vittma marret tqajjem lill-imputat u qaltlu bil-problemi li kellha. Kien hawn li hu beda jirrabja ħafna għax il-karozza skont hu hija tiegħu.

Allegatament hu beda jhedded u kkawża biża’ li se tintuża l-vjolenza kontra s-sieħba tiegħu. Ir-raġel ta ruħu b’idejh lill-pulizija fejn ġie arrestat.

Hekk kif bdew il-proċeduri, l-allegata vittma talbet lill-Maġistrat li riedet twaqqaf il-proċeduri kontrih.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport