Mixli li hedded lil martu

Aqra wkoll

Raġel ta’ 51 sena ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li tressaq il-Qorti fejn wieġeb mhux ħati li hedded lil martu u li kkawżalha biża’ li se tintuża vjolenza fil-konfront tagħha.

L-imputat tressaq quddiem il-Maġistrat Astrid May Grima. Huwa mifhum li kollox beda minn argument li nqala’ bejn il-koppja, li matulu l-imputat allegatament insulenta lil martu. 

Wara li l-allegata vittma marret tagħmel rapport dwar vjolenza domestika, u sar risk assessment, il-każ ġie kklassifikat bħala wieħed ta’ riskju għoli.

Id-Difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest tal-imputat, bil-Prosekuzzjoni ma toġġezzjonax iżda talbet għall-ħruġ ta’ ordni ta’ protezzjoni biex tkun protetta l-allegata vittma. 

Il-Qorti laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest tal-imputat fuq depożitu ta’ €2,000 u garanzija personali ta’ €10,000. L-imputat ġie ordnat jiffirma fl-Għassa tal-Pulizija tliet darbiet fil-ġimgħa.

Inħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni favur il-mara.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Omar Zammit filwaqt li l-Avukat Beppe Darmanin deher għall-imputat. 

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport