Wednesday, April 24, 2024

Mixli li weġġa’ lil missieru u lil ħuh wara argument f’residenza f’Tal-Pietà

Aqra wkoll

Raġel ta’ 53 sena minn Ħal Għaxaq tressaq il-Qorti mixli li ħebb għal missieru li huwa anzjan ta’ 76 sena u kkaġunalu ġrieħi ta’ natura gravi wara argument li nqala’ bejniethom. 

Huwa kien mixli wkoll li darab ħafif lil ħuh u li hedded liż-żewġ zijiet tiegħu li t-tnejn li huma għandhom ‘il fuq minn 60 sena. 

Fil-Qorti ħareġ li l-Ħadd li għadda marru jirrapportaw l-għassa ħames membri familjari tal-imputat – missieru, ħuh, żewġ zijiet tiegħu u t-tifel ta’ ħuh. Dan wara li nqala’ argument fir-residenza ta’ missier l-imputat f’Tal-Pietà.

Il-Prosekuzzjoni qalet li l-imputat kien allegatament ħebb għal missieru u kkawżalu ġrieħi gravi u fl-istess inċident kien involut ħuh li ġarrab ġrieħi ħfief. Preżenti kien hemm ukoll it-tifel ta’ ħu l-imputat li għandu 7 snin. Intqal ukoll li fil-konfront taz-zijiet kien hemm xi theddid.

L-imputat wieġeb mhux ħati iżda baqa’ jinżamm taħt arrest preventiv.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Audrey Micallef. L-Avukat Mario Mifsud deher għall-imputat. 

Sport