Thursday, March 28, 2024

Il-Gvern ta’ Tonga jgħid li pajjiżu ntlaqat minn “diżastru bla preċedent”

Aqra wkoll

L-ewwel aġġornament tal-Gvern wara l-iżbroff ta’ vulkan qrib Tonga kien jgħid li l-pajjiż intlaqat “minn diżastru bla preċedent” u dan hekk kif l-iżbroff tal-vulkan ikkawża tsunami kbir. 

Fl-istqarrija tiegħu l-Gvern qal li b’kollox tilfu ħajjithom tliet persuni li huma tnejn mil-lokal u wieħed Britanniku. Il-Gvern tenna li f’uħud mill-gżejjer iż-żgħar id-diżastru kien kbir ħafna tant li fi gżira minnhom id-djar tkissru kollha, u fuq oħra baqa’ tnejn biss. Il-ħidma tas-salvataġġ jidher li qiegħda tkun imxekkla mill-ammont kbir ta’ rmied li ħareġ mill-vulkan. Minħabba f’hekk matul dawn l-aħħar sigħat għadd ta’ voluntiera komplew jaħdmu bla heda biex inaddfu ir-runway ewlenija tal-ajruport biex b’hekk l-ajruplani jkunu jistgħu jinżlu u jwasslu l-provvisti ta’ ikel u xorb li tant hemm bżonn. 

Apparti dan kollu, il-komunikazzjoni ġiet imxekkla wkoll minħabba li l-uniku cable li hemm tant il-baħar li jgħaqqad lil Tonga mal-bqija tad-dinja nqata’ mal-iżbroff. Minħabba dan, l-internet f’dan il-pajjiż mhux qiegħed jiffunzjona, u hemm jaħdmu biss ftit linji tat-telefown. Min-naħa tiegħu l-Gvern qal li bdiet ħidma biex il-komunikazzjoni terġa’ lura għan-normal. 

Ekonomija

Sport