Monday, May 20, 2024

Mohamed Salah irid jibqa’ ma’ Liverpool

Aqra wkoll

L-attakkant internazzjonali Eġizzjan, Mohamed Salah, ħabbar li jrid jibqa’ ma’ Liverpool u jinsab lest biex iġedded il-kuntratt minkejja li fi tmiem il-ġimgħa li għadda kien hemm interess qawwi minn clubs mill-Arabja Sawdija li kienu lesti li jħallsu £130 miljun għall-firma tiegħu. 

Il-player ta’ 31 sena lest li jiffirma estensjoni ta’ sen­tejn fejn qal li jrid jgħin lit-team fi sfida ġdida taħt il-head coach il-ġdid, Arne Slot, li se jieħu post Jurgen Klopp li, f’Jannar li għadda, ħabbar li se jitlaq lill-club fi tmiem dan l-istaġun.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport