Waqt dibattitu dwar iż-zoos f’Malta fuq il-progamm ‘Insights’ is-sitwazzjoni bejn iż-żewġ persuni li kienu qegħdin jipparteċipaw eskalat b’waħda minnhom saħansitra tħalli l-programm. L-attivitsa tal-annimali Moira Delia stenniet li sid zoo fl-Imtaħleb jitlobha skuża wara li qalilha li hi kienet qiegħda tigdeb meta qalet li s-sidien ta’ dawn il-postijiet jaqbdu u jieħdu l-frieħ minn mal-omm.
Intant b’reazzjoni għal dan tkellem ukoll is-sid taż-zoo fis-Siġġiewi Anton Cutajar li sostna li biex tkun verament tifhem l-annimali “trid torqod u tqum magħhom”.
Cutajar ikompli li “Aħna qatt ma ħadna frieħ tat-tigri minn mal-omm. Nintervjenu meta l-omm tabbanduna għalkollox u hija gidba meta jgħidu li aħna mmissuhom meta jkunu mal-omm mingħajr raġuni valida”.
Barra minn hekk huwa spjega li biex isalvaw lil dawn il-frieħ, hu u t-tim tiegħu jkollhom ġimgħat ta’ sagrifiċċji u attenzjoni kbira fejn fost affarijiet oħra jkollhom jisquhom kull sagħtejn jew tliet sigħat, skont l-esiġenzi tal-frieħ.