Wednesday, April 24, 2024

“Dikjarazzjoni dgħajfa f’COP26…ebda pjan ta’ meta d-dinja se tieqaf tuża iż-żejt u l-fjuwil”

Aqra wkoll

Hekk kif jonqos tlett ijiem biex tintemm il-konferenza dwar il-bidla fil-klima bl-isem ta’ COP26, liema konferenza qed tiltaqa’ fi Glasgow, kollox jindika  sa issa li d-deċiżjoni finali se tkun waħda dgħajfa ħafna.  Fil-fatt l-ewwel abbozzi tad-dikjarazzjoni finali li nħarġu u li ovvament jistgħu jinbidlu fis-sigħat jinbidlu fis-sigħat u fit-tlett ijiem li ġejjin, m’għandhom ebda riferenza ta’ kif u meta hu ppjanat li d-dinja tieqaf tuża il-fossil fuels. 

Ambjentalsit li tkellem ma’ Talk.mt qalilna li “hemm stennija li jkun hemm xi tip ta’ impenn ta’ meta l-fossil fuels mhux se jibqgħu jintużaw. Wieħed jista’ jimmaġina li dan mhux se jkun fl-immedjat. Hu mistenni li jkun hemm xi tip ta’ pjan. Fl-abbozzi li ħarġu ta’ dik li tista’ tkun id-dikjarazzjoni finali imma nistennew aktar tibdil, m’hemm xejn indika meta se jieqfu jintużaw il-fossil fuels. Li jissorprendik hi ħaġa waħda. Normament abbozzi tad-dikjarazzjonijiet finali ikunu jidhru b’saħħithom imma sa tmiem il-konferenza minħabba negozjar u ‘lobbying’ jiġu mdgħajfin. Fil-każ ta’ din il-konferenza, dan l-abbozz tad-dikjarazzjoni finali, diġa jidher li hu dgħajjef ħafna. Minħabba dan hemm kritika kbira mil-ambjentalisti”.

L-istess ambjentalisti qalina li “kollox jindika li l-eliminazzjoni tal-fossil fuels ma sssemmitx minħabba lobbying mil-industrija konċernata. Nasal għal din il-konklużjoni għax bejn l-esperti kien hemm konsensus fuq il-bżonn li jittieħdu azzjonijiet fuq il-faħam, żejt u l-gass u dan biex jintlaħqu l-miri  li kienu ġew stabbiliti fil-konferenza ta’ Pariġi, li hi dik li t-temperaturi tad-dinja ma jogħlewx aktar minn 15 gradi. Li hu inkwetanti li l-abbozz tad-dikjarazzjoni finali ma’ jagħmel ebda impenn jew azzjoni konkreta ta’ kif se tintemm id-dipendenza tad-dinja fuq il-faħam, iż-żejt u l-gass.”

L-istess ambjentalist qalilna li “quddiem dan  l-għajta tal-ambjentaisti bħalissa fi Glasgow hi dik li jkun hemm miri meta se jitwaqqaf l-użu tal-fossil fuels. Fi kliemhom stess jekk dan ma jsirx, id-dinja mhix se tilħaq il-mira li l-klima dinjiija ma tisħonx aktar minn 1.5 gradi.”

Sport