Thursday, April 25, 2024

Koppja minn California tfittex lil klinika tal-fertilità bil-qorti wara żball kbir fil-proċess tal-IVF

Aqra wkoll

Koppja minn California fetħu kawża quddiem il-qorti wara li welldu tarbija ta’ koppja oħra minħabba żball li kien hemm waqt il-proċess tal-IVF. 

Kien f’Settembru tal-2019 meta Daphna u Alexander Cardinale saru ġenituri ta’ tarbija li ma kienet tixbahhom xejn. Wara li sar test bid-DNA s-suspetti tagħhom ġew ikkonfermati u sabu li koppja oħra kienu welldu t-tarbija tagħhom. Finalment huma ddeċidew li jibdlu t-trabi. Dan ma kienx l-ewwel każ tax-xorta tiegħu waqt proċess tal-
IVF.

Fid-dawl ta’ dan, il-koppja Cardinale qegħdin ifitt­xu bil-qorti lill-klinika tal-fertilità California Ce­nter for Reproductive Health (CCRH) kif ukoll lil In VitroTech Labs. Il-koppja, meta tkellmu mal-midja, qalu li, “il-memorji tagħna tat-twelid tat-tarbija se jkunu għal dejjem immarkati bir-realtà li t-tarbija bijoloġika tagħna ngħatat lil ħaddieħor u t-tarbija li aħna ġġilidna biex inġibu fid-dinja ma kinitx tagħna.” Daphna saħqet li hija kienet, “imċaħħda mill-abbiltà li ġġorr it-tarbija tagħha.”

Sport