Sunday, December 5, 2021

Julian Pace Bonello konfermat president tal-KOM

Aqra wkoll

Julian Pace Bonello reġa’ ġie konfermat bħala president tal-Kumitat Olimpiku Malti wara li kiseb l-akbar ammont ta’ voti f’elezzjoni li saret waqt l-Assemblea Ġenerali, nhar it-Tlieta filgħaxija.  

Għal Pace Bonello dan se jkun it-tielet mandat tiegħu fit-tmun tal-Kumitat Olimpiku Malti wara li fl-2013, kien ħa post il-mibki Lino Farrugia Sacco, li inċidentalment miet il-ġimgħa li għaddiet.

Żewġ membri minn kull assoċjazzjoni li fit-totalitá tagħhom huma 42, kienu kienu eliġibbli għall-vot.

Is-Sur  Pace Bonello kiseb 62 vot kontra l-20 ta’ Dr Kirill Micallef Stafrace fejn kien hemm ukoll wieħed invalidu. 

Sport