Żvilupp importanti għall-attakkant internazzjonali Taljan Moise Kean li bidel l-aġent tiegħu wara li għal diversi snin kien qed jinqeda mill-aġenzija mmexxija mill-mibki Mino Raiola.
Fil-fatt, il-player ta’ 22 sena issa se jafda kollox f’isem World Soccer Agency li magħhom hemm imsieħba xi players oħra fosthom Mattia Perin, Leonardo Bonucci, Juan Cuadrado u Filip Kostic.
Kean għandu kuntratt ma’ Everton FC għalkemm dawn l-aħħar snin kien misluf Paris St Germain u Juventus. Ma’ dawn tal-aħħar hu lagħab 45 partita u skorja disa’ gowls.