Monaco wara Davinson Sanchez

0
313
VALENCIA, SPAIN - JUNE 16: Davinson Sanchez of Colombia controls the ball during the International Friendly match between Colombia and Iraq at Estadio Mestalla on June 16, 2023 in Valencia, Spain. (Photo by Maria Jose Segovia/DeFodi Images via Getty Images)

Monaco ta’ Franza qed jaħdmu sabiex isaħħu lit-tim u fuq kollox li jirritornaw għall-glorja tagħhom li kienu fiha fis-snin li għaddew.

Id-diriġenti tal-klabb mill-Prinċipat qed isegwu sew il-profil ta’ Davinson Sanchez li bħalissa qed jilgħab ma’ Tottenham Hotspur. Dan hu difensur Kolombjan li jixtieq jitlaq lil The Spurs anke għax mhux fil-pjan tal-kowċ Ante Postecoglou. 

Monaco jridu joqogħdu attenti mill-konkorrenza ta’ Galatasaray u Spartak Moscow li wkoll ikkuntattjaw lil dan il-plejer li jiswa €15-il miljun.