Monday, May 13, 2024

Tottenham H. jegħlbu lil Man UTD b’żewġ goals fit-tieni taqsima

Aqra wkoll

Hekk kif tkompliet l-ewwel ġurnata tal-Premier League fl-Ingilterra, fil-partita prinċipali, Tottenham Hotspur ġewwa darhom għelbu lil Man Utd bl-iskor ta’ 2-0. Intant, Liverpool tħabtu iktar milli mistenni biex għelbu lil Bournemouth, waqt li Brentford u Brighton irreġistraw rebħiet komdi fuq Fulham u Wolves, rispettivament.

Tottenham H. v Man Utd
Tottenham H. għelbu lil Man Utd bl-iskor ta’ 2-0, biż-żewġ goals għalihom jaslu fit-tieni taqsima permezz ta’ Matar Sarr Pape (49) u Ben Davies (83).

Fulham v Brentford
Brentford barra minn darhom għelbu l-isfida ta’ Fulham bl-iskor konvinċenti ta’ 3-0. Kien Yoanne Wissa (44) li fetaħ l-iskor għalihom. Detrimentali għal Fulham kienet it-tkeċċija ta’ Tim Ream fl-64 minuta, wara li rċieva żewġ karti sofor fil-partita. Brentford skorjaw żewġ goals oħra permezz ta’ doppjetta personali ta’ Bryan Mbeumo (66, 92).

Liverpool v Bournemouth
Liverpool dawru telfa f’rebħa ta’ 3-1 kontra Bouremouth. Kienu dawn tal-aħħar li fetħu l-iskor permezż ta’ Antoine Emenyo (3). Iżda r-Reds ġabu l-iskor indaqs permezz ta’ Luis Diaz (27), qabel ma qalbu l-iskor favurihom peemezz ta’ Mohamed Salah (36), meta skorja mir-rebound wara li falla penalty. Dan sabiex fit-58 minuta, huma spiċċaw jilagħbu b’10 players, hekk kif tkeċċa għalihom permezz ta’ karta ħamra diretta, Alexis Mac Allister. Madankollu, huma xorta waħda issiġillaw ir-rebħa permezz tat-tielet goal minn Diogo Jota (62).

Wolves v Brighton
Brighton barra minn darhom kisbu rebħa impressjonanti ta’ 4-1 kontra Wolves. Huma fetħu l-iskor permezz ta’ Kaoru Mitoma (15), u rduppjaw l-iskor permezz ta’ Pervis Estupinan (46) qabel ma Silly March (51, 55) irreġistra doppjetta personali għalihom biex b’hekk issiġilla rebħa komda għalihom. Wolves għamlu l-iskor iktar rispettabbli permezz ta’ Hee-Chan Hwang (61). Iżda, fil-95 minuta, tkeċċa għalihom il-player Matheus Nunes wara li rċieva żewġ karti sofor fil-partita.

Nottingham F. v Sheffield U.
Intant, f’partita li ntlagħbet il-Ġimgħa filgħaxija, Nottingham Forset ġewwa darhom għelbu lil Sheffield United bl-iskor ta’ 2-1. Iż-żewġ goals għal Forest waslu minn Taiwo Awoniyi (3) u Chris Wood (89). Gustavo Harner (48) kien ġab l-isor momentarjament indas għal Sheffield United.

Sport