Monday, November 18, 2024

Monsinjur Alfred Xuereb nominat bħala Nunzju Appostoliku fil-Marokk

Aqra wkoll

Il-Papa Franġisku nnomina lill-Monsinjur Alfred Xuereb bħala n-Nunzju Appostoliku tal-Marokk. Fl-aħħar snin hu kien iservi din il-kariga fil-Korea u Mongolja.

L-aħbar inħarġet b’mod uffiċjali fil-festa Solennità tal-Immakulata Kunċizzjoni mill-Vatikan.

Mons. Xuereb twieled fir-Rabat Għawdex fl-1958. Fl-1995 hu beda jservi fil-Vatikan fejn okkupa diversi karigi fosthom dik tat-Tieni Segretarju privat tal-Papa Benedittu XVI sa mill-2007. Wara li mewt ta’ Benedittu XVI hu kompla f’din il-kariga ma’ Papa Franġisku għal xi snin.

Papa Franġisku kien talbu biex li jorganizza l-istruttura ekonomika tas-Santa Sede. Fl-2014, hu kien nominat bħala Segretarju Ġenerali tas-Segreterija għall-Ekonomija tal-Vatikan.

Kien fl-2018 meta Mons. Xuereb kien elevah għal grad ta’ Arċisqof u nnominah bħala Nunzju Appostoliku għall-Korea u l-Mongolja. Hemm huwa serva għal ħames snin.

Ekonomija

Sport