Tuesday, May 14, 2024

Ir-riżultat tal-elezzjoni fil-Guatemala ddikjarat null

Aqra wkoll

Hekk kif Bernardo Arévalo li rebaħ l-elezzjoni ġenerali fil-Guatemala ta xokk lil diversi politiċi, ilbieraħ l-Uffiċju tal-Prosekutur ewlieni ddikjara dan ir-riżultat bħala wieħed null.

Mill-ewwel il-komunita internazzjoni ħarġet kundann għal dan fejn qegħdin isejħu dan l-iżvilupp bħala kolp ta’ stat.

Arévalo kien mistenni li jieħu t-tmexxija tal-pajjiż f’idejh f’Jannar li ġej wara li rebaħ l-elezzjoni bl-għajta ta’ kontra l-korruzzjoni. L-Unjoni Ewropea u anke l-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani ħarġu kundann għal dak li wettaq il-Prosekutur ewlieni. Huma qalu li dan hu sinjal ċar ta’ kolp ta’ stat biex il-politiċi li ma jridux il-bidla fil-pajjiż jibqgħu fil-poter.

Għal ħafna snin, fil-Guatemala kien hemm korruzzjoni kbir tant li f’diversi żoni tal-pajjiż għad hemm faqar kbir u dan kollu minħabba t-tmexxija ħażina tal-Gvern.

Il-mexxej ta’ Movimiento Semilla kien rebaħ l-elezzjoni ġenerali b’aktar minn 60% tal-voti. Hu kien rebaħ din l-elezzjoni li se jkun qiegħed inaddaf il-politika u tmexxija ħażina li faqqret lill-pajjiż.

Iżda mill-ewwel hekk kif ħareġ ir-riżultat politiċi li ma jridux lil Bernardo Arévalo fil-poter mill-ewwel bdew kampanja biex jaraw kif iwaqqgħu r-riżultat.

Sport