Wednesday, July 24, 2024

Darts: Leah’s Bar jirbħu l-konfront dirett kontra Żejtun Laċċi Maypole u jaqbżu fl-ewwel post

Aqra wkoll

Leah’s Bar B rebħu d-dwell tan-naħa ta’ fuq tal-klassifika tal-kampjonat tat-tielet diviżjoni tad-darts meta għelbu lil Żejtun Laċċi Maypole 6-2.

Leah’s Bar stabilixxew vantaġġ ta’ 3-0 fil-bidu tal-logħba u minkejja li Żejtun Laċċi naqqsu għal darba darbtejn l-iskor, l-avversarji tagħhom kienu konċentrati sabiex ħadu t-tliet punti tant importanti li bihom qabżuhom fil-klassifika.

F’aktar riżultati, Birġu Boċċi Club B saħħew it-tielet post fil-klassifika wara li għelbu lil Domus Ladies 5-3.

Nicolo Isouard iddominaw il-konfront kontra Sliema Club Lounge B tant li rebħu 7-1 filwaqt li Munchies Bar daħlu fit-taqtiegħa fin-naħa ta’ fuq tal-klassifika wara skor pożittiv ta’ 6-2 kontra Tal-Ġilju Mqabba.

KLASSIFIKA – MDA IT-TIELET DIVIŻJONI

Leah’s Bar B  16, Żejtun Laċċi Maypole 15, Birgu Boċċi B 14, Munchies 9, Mqabba Tal-Ġilju, Tal-Balklor, Nicolo Isouard 7, Domus Ladies 3, Sliema Lounge B 0

Ekonomija

Sport