Wednesday, July 24, 2024

Jibda t-turnament internazzjonali tat-table tennis f’Malta

Aqra wkoll

Żewġ timijiet Maltin tat-table tennis HITT Academy Tibhar u MITTC bdew l-impenji tagħhom fit-turnament ta’ kwalifikazzjoni tat-tazza Ewropea organizzat mill-Federazzjoni tat-Table Tennis Ewropea u li qed isir fil-Kulleġġ Santa Klara f’Pembroke.

HITT Academy Tibhar permezz tal-plejers tagħhom Conrad Puli, Luke Bonello, Isaac Grixti u Gabriel Grixti lagħbu żewġ logħbiet u tilfu 3-0 kontra Radnicki tal-Kroazja u 3-1 kontra Tennis Tavolo Sassari.

Min-naħa l-oħra, MITTC taw battikata lil Table Tennis Club Zeleznicar tas-Serbja għalkemm xorta tilfu 3-2. MITTC qed jipparteċipaw permezz ta’ Amirazi Abbasi, Daniel Bajada, Umberto Borg Cardona u Neil Incorvaja.

F’aktar riżultati fl-ewwel ġurnata ta’ logħob, Santa Tecla Nulvi rebħu d-derby Taljan kontra Tennis Tavolo Sassari 3-1 filwaqt li l-Griegi ta’ Panathinaikos għelbu 3-1 lil Marcozzi tal-Italja.

Sadanittant il-logħob ikompli llum b’dawn il-logħbiet:

ASD Santa Tecla Nulvi vs TTC Radnicki 1972 Beocin

Panathinaikos vs Table Tennis Club Zeleznicar

HiTT Academy Tibhar vs ASD Santa Tecla Nulvi

MITTC vs ASD Marcozzi

TTC Radnicki 1972 Beocin vs Club ASD Tennistavolo Sassari

Ekonomija

Sport