Friday, July 26, 2024

Il-Malta Blackball Federation tagħti bidu għall-kompetizzjonijiet tal-Milied

Aqra wkoll

Erba’ timijiet rebħu l-ewwel leg tas-semifinali tan-National Christmas Cup organizzata mill-Federazzjoni Maltija tal-Blackball.

Fil-fatt, Birkirkara Duke’s A, Ħamrun 147 A, Cospicua Rangers u Jojo’s Birżebbuġa A rebħu l-ewwel konfront tagħhom kontra l-avversarji rispettivi tagħhom.

Ħamrun 147 A rebħu lit-tieni tim tagħhom Ħamrun 147 B 13-7 filwaqt li Birkirkara Duke’s A kienu aħjar minn San Ġwann Nick’s A tant li rebħu 13-6.

Mill-banda l-oħra, kellna konfronti interessanti bejn Birkirkara Youngsters u Jojo’s Birżebbuġa b’dawn tal-aħħar jirbħu 12-8 kif ukoll bejn Cospicua Rangers u Valletta Breakwater b’tal-ewwel li rebħu 11-9.

Sadanittant, it-tieni legs ta’ dawn is-semifinali jsiru nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Diċembru bil-finali ta’ din il-kompetizzjoni li hi skedata għall-Ġimgħa 29 ta’ Diċembru.

Fir-Regional Christmas Cup, Valletta Fossa Boys u Ħamrun 147 C għaddew għall-fażi oħra wara li għelbu lil PL Balzan A (21-18) u Każin Pinto Qormi A (21-17)

Sadanittant dawn kienu r-riżultati tal-logħbiet li kellna mill-Community Christmas Cup

Domus Kids Zejtun B 11 – 21 Selmun Bar C

Birkirkara Duke’s D 0 – 21 Juve Birkirkara A

Birkirkara Bocci 19 – 21 Birkirkara Youngsters B

Selmun Bar B 21 – 14 Pl Balzan B

Marsa Fc 21 – 11 San Gwann Nick’s B

Tac-caccu Qormi 21 – 13 Birkirkara Duke’s B

Birkirkara Duke’s C 21 – 17 Valletta Fossa Boys B

Juve Birkirkara B 17 – 21 Birkirkara Youngsters C

Ekonomija

Sport