Wednesday, July 24, 2024

Robert Lewandowski mhux sodisfatt bin-numru ta’ gowls li skorja

Aqra wkoll

L-attakkant internazzjonali Pollakk Robert Lewandowski qal li għadu mhux sodisfatt bl-ammont li skorja s’issa matul dan l-istaġun ma’ Barcellona. Fil-fatt minn Settembru s’issa hu rreġistra seba’ gowls u wettaq tliet assists lil sħabu filwaqt li bħal dan iż-żmien sena hu kien diġa’ sab ix-xibka 13-il gowl u wettaq erba’ assists.

L-eks plejer ta’ Bayern Munich kien mistoqsi kemm jaħseb li jista’ jilgħab futbol peress li llum il-ġurnata għandu 35 sena. Hu wieġeb billi qal li ma tantx qed jaħseb fuq din l-eventwalita’ hekk kif qed jippjana li jagħmel tliet jew erba’ snin jilgħab f’dawn il-livelli minħabba li għadu jħossu fiżikament tajjeb.

Ekonomija

Sport