Wednesday, July 24, 2024

Teun Koopmeiners fir-radar ta’ Juventus

Aqra wkoll

Hekk kif ninsabu fix-xahar ta’ Diċembru, diversi klabbs Taljani qed jaħsbu sabiex isaħħu l-iskwadra tagħhom la jibda s-suq tat-trasferimenti tax-xitwa. Wieħed minn dawn il-klabbs huma Juventus li qed jaħdmu sabiex isibu plejer f’nofs il-grawnd.

Dan l-aħħar qed jissemma’ Teun Koopmeiners, midfielder Olandiż ta’ 25 sena li jilgħab ma’ Atalanta. Dawn tal-aħħar ftit jidhru ħerqana li jneħħuh minħabba li l-kowċ Giampiero Gasperini għandu bżonnu sal-aħħar ta’ dan l-istaġun.

S’issa Koopmeiners lagħab 76 logħba mal-Bergamaschi u skorja 17-il gowl.

Ekonomija

Sport