Monday, May 13, 2024

Sunderland viċin kowċ ġdid

Aqra wkoll

Sunderland ilhom ma jirbħu tliet partiti f’The Championship Ingliż u issa niżlu fid-disa’ post tal-klassifika, ferm ‘il bogħod miż-żona promozzjoni. Kien għalhekk li l-ogħla awtoritajiet tal-klabb neħħew lil Tony Mowbray minn din il-kariga.

Fil-fatt, The Black Cats qed jaħsbu sabiex iġibu lill-kowċ Żvediż Kim Hellberg sabiex imexxi lit-tim sal-aħħar ta’ dan l-istaġun. Hu għandu 35 sena u għadu kemm temm l-esperjenza tiegħu ma’ Varnamo fl-Iżvezja fejn wassalhom sabiex jiksbu l-ħames post tal-klassifika tal-kampjonat domestiku.

Sport