Monday, April 29, 2024

S&P Global Ratings jikkonfermaw rating stabbli għal pajjiżna

Aqra wkoll

L-aġenzija internazzjonali ta’ kreditu Standard & Poor’s ikkonfermat ir-rating stabbli għal pajjiżna.

F’rating li ġie ppubblikat li jitkellem dwar il-qagħda ekonomika ta’ pajjiżna, l-esperti jgħidu li qed ibassru li t-tkabbar ekonomija ta’ Malta se jibqa’ ‘l fuq mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.

L-S&P Global Ratings jirrapportaw li l-ekonomija Maltija se tikber kważi seba’ darbiet mir-rata taż-żona tal-ewro.

Fir-rating jingħad li dan it-tkabbir qiegħed ikun imbassar minħabba li l-Gvern ħa d-deċiżjoni li jibqa’ jissusidja l-prezzijiet tal-enerġija u għalhekk dawn għandhom jibqgħu stabbli.

L-esperti qed ibassru wkoll li l-konsum privat se jiżdied minħabba li l-inflazzjoni qed tkompli tonqos. Qalu wkoll li l-investiment se jirranka sew minħabba l-qalba diġitali u ambjentali.

Wara li ġie ppublikat dan ir-rating il-Prim Ministru Robert Abela f’kumment fuq il-midja soċjali qal li dan hu ċertifikat għal pajjiżna filwaqt li nnota kif l-esperti internazzjonali nnutaw li t-triq għal eknomija b’saħħitha hija l-investiment u mhux l-awsterità.

Sport