Hamrun S. …..1
Mosta ………..2
Minn Cristian Muscat
Mosta dawru telfa f’rebħa biex għelbu lil Hamrun Spartans bl-iskor ta’ 2-1, partita li kienet mingħajr l-ebda interess.
Kienu l-Ispartans li ħarġu tajjeb u fit-tielet minuta, Ryan Camenzuli ttestja lil Akpan permezz ta’ cross-shot mix-xellug.
Fit-12-il minuta, Elionay Freitas Da Silva ikkonkluda azzjoni personali għal Hamrun permezz ta’ xutt fil-baxx minn tarf il-kaxxa li ġie salvat minn Akpan.
Madankollu, il-Ħamruniżi fetħu l-iskor minuta biss wara meta Elionay għadda tajjeb lejn TALISON permezz ta’ through pass intelliġenti b’dan idur mal- goalkeeper Akpan u jitfa’ l-ballun fix-xibka.
Iżda, fis-17-il minuta, Mosta għamlu l-iskor indaqs meta Giancarlo Goncalves interċetta back-pass erratiku ta’ difensur ta’ Hamrun fuq ix-xellug u xeħet cross lejn SUNDAY OKEREKE li tefa’ l-ballun wara l-goalkeeper Celio.
Il-Blues reġgħu ħolqu l-periklu fil-31 minuta permezz ta’ xutt ta’ Okereke minn ġewwa l-kaxxa li ġie mdawwar f’corner minn Celio.
Il-partita saret waħda bilanċjata bl-azzjoni denja ta’ nota li kien imiss waslet fis-77 minuta meta Talison kellu xutt b’saħħtu minn barra l-kaxxa li għadda jhakkek mal-wieqfa. Seba’ minuti wara, Luke Montebello żmarka lil Ryan Camenzuli fuq ix-xellug iżda l-konklużjoni ta’ dan tal-aħħar ġiet salvata mill-goalkeeper ta’ Mosta, Akpan.
Iżd, fis-86 minuta, fuq in-naħa l-oħra tal-pitch, Sunday Okereke kkonkluda azzoni tajba permezz ta’ xutt b’saħħtu li ġie mblukkat mis-sostitut Steve Borg
U bil-partita kienet tidher li se tintemm fi draw, fit-tieni minuta tal-ħin miżjud Mosta skorjaw il-goal tar-rebħa meta GIANCARLO GONCALVES irnexxielu jegħleb lil Celio permezz ta’ xutt bid-dawra mill-viċin li ntemm fir-rokna ta’ fuq tax-xibka.
Żewġ minuti wara, Daniel Letherby kien sfortunat li laqat il-mimduda
HAMRUN S.: 98-Celio De Paz, 3-Mattias Ellul, 6-Daniel Letherby, 7-Luke Montebello, 8-Lui Talison, 14-Elionay Freitas, 21-Sean Agius (4-Steve Borg 72), 28-Juan Carlos Corbalan, 55-Kean Scicluna, 94-Ryan Camenzuli, 99-Raphael Lopes – Coach: Alessandro Zinnari
MOSTA: 22-David Akpan, 4-Prince Afriyie, 5-Sasha Cachia, 6-Larsson Coulibaly, 10-Giancarlo Concalves, 16-Gianluca Scibberras (29-Stephen Chiemezie), 21-Nathan Agius (8-Sean Cipriott 47) (77-Zachary Brincat 64), 23-Joshua Agyemang, 30-Sunday Chisom Okereke, 31-Victor Texiera, 74-Jake Vassallo – Coach: Joseph Grech
REFEREE: Alex Johnson
ASS. REFEREES: Mark Ciantar, Max-Lee Muscat
RABA’ UFF: Emanuel Grech
SKORERS: T. Lui Barboza 13 (H), S. Okereke 17, G. Goncalves 92 (M)
AMMONITI: L. Montebello, E. Freitas Da Silva, R. Lopes Silva (H), J. Vassallo (M)
.