Saturday, December 21, 2024

Mosta jiksbu tliet punti prezzjużi

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Mosta………………..2

Marsaxlokk………..1

Mosta kisbu tliet punti prezzjużi meta għelbu lil Marsaxlokk bl-iskor ta’ 2-1, bil-Mostin japprofittaw bis-sħiħ minn numru ta’ indeċiżjonijiet fid-difiża Xlukkajra.

Kienu Marsaxlokk li ħolqu l-ewwel periklu wara sitt minuti meta Tiago Adan Fonseca permezz ta’ daqqa ta’ ras tefa’ ġewwa, iżda l-goal ġie mħassar mir-referee Phlip Farrugia wara li l-Brażiljan kien wettaq foul qabel skorja.

Erba’ minuti wara, Santiago Ferraris dejjem għax-Xlukkajri mpenja lill-goalkeeper ta’ Mosta Ini Etim Akpan permezz ta’ xutt mid-distanza.

Madankollu, kontra x-xejra tal-logħob, kienu Mosta li fetħu l-iskor fl-20 minuta meta ZACHARY BRINCAT approfitta minn żball tal-goalkeeper ta’ Marsaxlokk, Marko Drobnjak, u permezz ta’ rovexxjata tefa’ l-ballun f’lasta vojta.

Ix-Xlukkajri wieġbu man-nofsiegħa logħob meta Daniel Agius kellu xutt mid-distanza salvat minn Akpan wara li ntefa’ minn tulu fl-art.

Huma finalment ġabu l-iskor indaqs fid-39 minuta meta Kristian Keqi għadda tajjeb lejn Leandro Aguirre, qabeż lill-player avversarju, avvanza fil-kaxxa u għadda tajjeb lejn AYRTON ATTARD li mill-viċin spara ġewwa biex skorja l-ewwel goal tiegħu bil-flokk ta’ Marsaxlokk.

Daniel Agius kważi rdoppja l-iskor għat-team tiegħu fil-45 minuta permezz ta’ xutt mid-distanza li  stampa mal-wieqfa, b’Akpan megħlub għal kollox.

Wara l-mistrieħ, Marsaxlokk, ħarġu ferm aggressivi u Leandro Aguirre għadda tajjeb lejn Kristian Keqi li kellu x-xutt tiegħu minn ġewwa l-kaxxa mdawwar f’corner minn Akpan.

Fil-75 minuta, Mosta skorjaw il-goal tar-rebħa meta CHRIST EMEME approfitta minn indeċiżjoni grassa fid-difiża ta’ Marsaxlokk, avvanza tajjeb, qabeż lil Drobnjak, u tefa’ l-ballun f’lasta vojta.

L-istess Ememe seta’ għamilhom tlieta għal Mosta fit-88 minuta iżda x-xutt tiegħu ntemm barra, biex ftit wara kien sfortunat meta kellu azzjoni personali li ntemmet b’xutt sabiħ li stampa mal-wieqfa.

Mosta: 12-Ini Etim Akpan, 6-Roderick Briffa, 8-Christ Ememe, 11-Duane Bonnici (10-Precious Tenebe 71), 13-Clayton Failla, 18-Joseph Ibe (4-Chibueze Eziefula 75), 20-Boubakary Diarra, 21-Nathan Agius (55 Rodriguez Ekani 55), 30-Jacob Akrong, 74-Jake Vassallo, 77-Zachary Brincat (9-Victor Mbata 75) Coach: Joseph Grech

Marsaxlokk: 95-Marko Drobnjak, 7-Ayrton Attard, 9-Kristian Keqi, 17-Peter Xuereb (19-Emerson Vella 79), 21-Santiago Ferraris, 24-Juan Cruz Aguilar (37-Santiago Moracci 79), 25-Oscar Carniello (77-Wellington 84), 27-Leandro Aguirre, 88-Dejan Vukovic, 96-Daniel Agius (5-Christopher Edafe Uzeh 64), 99-Tiago Adan Fonseca Coach: Pablo Doffo

Referee: Philip Farrugia

Ass. Referees: Alan Camilleri, Mitchell Scerri

Raba’ Uffiċjal: Alex Johnson

Skorers: Z. Brincat 20, C. Ememe 75 (MST), A. Attard 39 (MXL)

Ammoniti: D. Agius, C. Edafe Uzeh (MXL), J. Vassallo, Z. Brincat (MST)

Player tal-Logħba: Daniel Agius (M)

Ekonomija

Sport