Wednesday, April 24, 2024

ARA: Sam Fenech imut f’inċident fi trakka tal-karozzi fl-Awstralja

Aqra wkoll

Id-drag racer Awstraljan ta’ dixxendenza Maltija, Sam Fenech miet fl-età ta’ 55 sena f’inċident xokkanti fil-Willowbank raceway fi Queensland.

YouTube video

L-inċident seħħ sekondi biss mill-bidu tat-tellieqa meta l-vettura tiegħu, Chevrolet Camaro, laqtet mal-ġenb tat-trakka b’veloċità ta’ madwar 200 mil fis-siegħa, inqatgħet mill-art u daret diversi drabi fl-arja qabel ħabtet ma’ torri fejn kienu qegħdin jinġibdu xi filmati u sussegwentament spiċċat fi stat ta’ ħsarat estensivi xi metri bogħod.

Skont rapporti fil-midja, membri tas-salvataġġ marru minnufih fuq il-vettura ta’ Fenech iżda huwa kien iċċertifikat mejjet fil-post. Raġel ieħor li kien jinsab fit-torri li ntlaqat mill-vettura tiegħu jidher li sofra ġrieħi għalkemm mhux fil-periklu li jitlef ħajtu.

Diversi sewwieqa esprimew dieqa għal dan l-inċident li wassal għal telfa ta’ “sewwieq ġentili” li dejjem kien lest li juri lil ħaddieħor dak li kien qiegħed jaħdem fuqu biex itejjeb il-ħin tiegħu fit-trakka.

Sport