Mosta ……….4
Zabbar SP …2
Minn Crstian Muscat
Mosta għamlu pass kbir biex jikkwalifikaw mat-Top Six meta għelbu lit-team ta’ qiegħ il-klassifika, Zabbar St Patrick, bl-iskor ta’ 4-2.
Kienu Zabbar li ħolqu l-ewwel periklu u fil-ħames minuta rebħu penalty meta Matheus Santos waqqa’ lil Leonardo Agius fil-kaxxa.
Mill-11-il metru MARCELO BARROS SANTOS ma żbaljax hekk kif permezz ta’ xutt fil-baxx tefa’ l-ballun naħa u lill-goalkeeper David Udoh Apan in-naħa opposta.
Mosta wieġbu fl-10 minuta meta Nathan Agius xeħet cross mil-lemin lejn Lassina Coulibaly li mill-viċin tefa’ ftit barra.
Zabbar reġgħu heddew meta Marcelo Barros Santos kellu x-xutt tiegħu salvat mingħajr wisq diffikultá minn Akpan.
Il-partita kompliet tisbieħ u fit-23 minuta Souleymane Kone impenja lill-goalkeeper ta’ Zabbar, Matthew Grech, li salva tajjeb.
Man-nofs siegħa logħob, Mosta tilfu ċans tad-deheb li jiksbu d-draw meta Leonardo Da Silva xeħet cross lejn Nathan Agius li kellu l-konklużjoni tiegħu tiġi salvata minn fuq il-linja fatali.
Iżda fit-38 minuta, l-isforzi ta’ Mosta ġew ippremjati meta minn azzjoni ta’ corner MATHEUS GOMES SANTOS PIRES kompla għal ġewwa minn daqqa ta’ ras preċiża.
Fis-56 minuta, Mosta marru fil-vantaġġ b’xutt mill-isbaħ ta’ Prince Afriye minn barra l-kaxxa.
Iżda tliet minuti wara, iż-Żabbarin kisbu d-draw meta DIOGO JOAO TAVARES ikkonkluda bir-ras minn cross fuq il-lemin bil-ballun jaħbat mal-wieqfa qabel spiċċa fix-xibka.
Madankollu, fis-70 minuta, il-Blues reġgħu marru fil-vantaġġ meta minn azzjoni ta’ corner SOULEYMANE KONE, għola tajjeb u permezz ta’ daqqa ta’ ras preċiża tefa’ l-ballun wara Grech.
Fis-77 minuta, huma ssiġillaw ir-rebħa permezz ta’ free-kick mill-isbaħ ta’ CLAYTON FAILLA, biex b’hekk irnexxielu jsib ix-xibka proprju kontra t-team li beda l-karriera miegħu.
MOSTA: 22-David Udoh Akpan, 4-Prince Afriye, 5-Sasha Cachia, 9-Larsson Coulibaly (8-Sean Cipriott 75), 13-Souleymane Kone, 21-Clayton Failla, 23-Nathan Agius (31-Joao Victor De aSouza Teixeira 75), 30-Joshua Agyemang, 96-Matheus Pires Gones Santos – Coach: Joseph Grech
ZABBAR SP: 24-Matthew Grech, 4-Miguel Azzopardi, 5-Jake Micallef, 8-Wallace Bonilha Felix, 11-Stefan Ilic, 13-Zachary Grech, 19-Diogo Joao Tavares, 23-Leoanrdo Agius, 28-Vinicius De Paiva (7-Maritim Augusto Ferreira 63), 31-Joao Pedro De Sa Mendonca, 95-Marcelo Barros Santos – Coach: Anielo Parisi
REFEREE: Glen Tonna
ASS. REFEREES: Vasil Vasilev, Thomas Debono
RABA’ UFF: Fyodor Zammit
SKORERS: M. Barros Santos pen. 5, D. J. Tavares 61 (ZSP), M. Gomes Santos Pires 38, P. Afriyie 56, S. Kone, C. Failla 77 (M)
AMMONITI: W. Bonilha Felix, J. P. De Sa Mendonca (ZSP), S. Kone (M)