Friday, December 13, 2024

Mosti bi ġrieħi serji wara waqgħa oħra f’sit ta’ kostruzzjoni fir-Rabat

Aqra wkoll

Donnu li waqgħat ta’ ħaddiema minn għoli f’siti ta’ kostruzzjoni qed isiru xi ħaġa ta’ kuljum. Fil-fatt, raġel ieħor dalgħodu sofra ġrieħi serji wara li waqa’ minn għoli ta’ madwar sular u nofs waqt li kien f’sit ta’ kostruzzjoni fir-Rabat.

Il-Pulizija ġiet infurmata b’dan l-inċident u mill-istħarriġ li għamlet irriżulta li raġel ta’ 35 sena resident fil-Mosta weġġa’ wara li waqa’ minn għoli ta’ madwar sular u nofs.

Tim mediku li sejjaħ fuq il-post ta l-ewwel għajnuna lil midrub li wara ttieħed b’ambulanza l-isptar Mater Dei għal kura tal-ġrieħi serji li ġarrab.

Il-Maġistrat tl-Għassa Dr Leaonard Caruana ħatar inkjesta dwar dan l-inċident.

Ekonomija

Sport