Tuesday, April 30, 2024

Min se jieħu l-flokk numru 7 ta’ Man Utd fil-futur?

Aqra wkoll

Hekk kif teżisti possibbiltá  l-attakkant veteran Portugiż Cristiano Ronaldo  ma jdumx jilbes il-flokk numru 7 ta’ Manchester United, diversi huma l-ismijiet li qed jittantaw xortihom li jieħdu dan ir-rwol prestiġġjuż.

Fil-fatt in-numru sebgħa hu kkunsidrat bħala wieħed prominenti għat-tim li jilgħab f’Old Trafford wara li aktar qabel fiż-żmien ismijiet bħal David Beckham, George Best u Eric Cantona libsu dan il-flokk.

Żewġ players li qed jissemmew li fil-futur jistgħu jkunu l-werrieta ta’ dan in-numru maġiku huma Antony u Jadon Sancho li qed ikunu prominenti għat-team immexxi minn Erik Ten Hag.

Sport