Tuesday, May 14, 2024

“Pajjiżna għandu waħda mill-akbar ekonomiji miftuħa”

Il-Prim Ministru Robert Abela

Aqra wkoll

Malta hija impenjata li tkompli tkun parti minn koperazzjoni ekonomika internazzjonali, u rrimarka kif  pajjiżna għandu waħda mill-akbar ekonomiji miftuħa għall-kummerċ, bl-importazzjoni u l-esportazzjoni jiżbqu l-prodott domestiku gross ta’ pajjiżna. 

Dan iddikjarah il-Prim Ministru Robert Abela meta indirizza l-ftuħ tal-Assemblea Ġenerali tal-Federazzjoni Dinjija tal-Boroż Finanzjarji li bħalissa qiegħda titlaqqa’ f’Malta.

Il-Prim Ministru Robert Abela saħaq ukoll li l-Borża ta’ Malta għandha tiffaċilita l-qalba li jmiss għall-ekonomija Maltija, dik li l-ekonomija tagħmel it-tranżizzjoni għan-newtralità klimatika. Dr Abela żied jgħid li Malta trid tkompli timbotta l-innovazzjoni u toħloq soluzzjonijiet ġodda sabiex id-depożiti b’saħħithom li għandu l-pajjiż fil-banek jaslu wkoll għand in-negozji li jridu jinvestu u jikbru fosthom f’pajjiżna.

Il-Prim Ministru Robert Abela spjega kif Malta għandha qasam b’saħħtu tas-servizzi finanzjarji, bandiera Maltija b’waħda mill-aqwa reputazzjoni fis-settur marittimu, settur tal-avjazzjoni li qed ikompli jikber u industriji bħal dik tal-informatika u l-gaming li qed jespandu b’ritmu mgħaġġel.

Fi tmiem id-diskors tiegħu l-Prim Ministru spjega kif Malta għandha qasam b’saħħtu tas-servizzi finanzjarji, bandiera Maltija b’waħda mill-aqwa reputazzjoni fis-settur marittimu, settur tal-avjazzjoni li qed ikompli jikber u industriji bħal dik tal-informatika u l-gaming li qed jespandu b’ritmu mgħaġġel.

Sport