Saturday, October 26, 2024

MotoGP: Pol Espargaro jsofri ġrieħi gravi

Aqra wkoll

Is-sewwieq tal-MotoGP Pol Espargaro sofra diversi ġrieħi gravi, inkluż injury fid-dahar u fis-sider, f’ħabta kerha fil-provi uffiċjali tal-Grand Prix tal-Portugall.

Is-sewwieq ta’ 31 sena kkraxxja bil-mutur KTM tiegħu fl-aħħar stadji tal-FP2 wara li tilef il-kontroll fid-dritta qabel l-għaxar dawra.

Huwa mbagħad tkaxkar tul it-track b’veloċità qawwija u ħabat b’mod vjolenti mal-barrikata.  

Wara x-xeni xokkanti, is-sessjoni tal-provi uffiċjali kienet immedjatament sospiża hekk kif ħarġet il-bandiera l-ħamra fejn Espargaro ngħata attenzjoni medika. 

Wara kważi 30 minuta, is-sewwieq tal-GasGas Factory iddaħħal f’ambulanza qabel ma ttieħed bl-ajru lejn sptar lokali f’Faro.

Il-MotoGP aktar tard ikkonfermat li Espargaro kien sofra minn kontużjoni pulmonari, ksur tax-xedaq u tax-xewka ta’ dahru. 

Tabib żvela wkoll li minkejja n-natura orribbli tal-ġrieħi tiegħu, Espargaro fl-ebda stadju ma ntilef minn sensih.

Huwa mistenni jibqa’ l-isptar biex jingħata aktar kura. 

Sport