Tuesday, May 14, 2024

Blackball: It-tim nazzjonali għall-EBA Blackball Nations Cup 2023

Aqra wkoll

It-tim nazzjonali Malti tal-Blackball dalgħodu telaq lejn il-belt Ingliża ta’ Bridlington sabiex jipparteċipa fl-EBA Blackball Nations Cup 2023. Din il-kompetizzjoni se tintlagħab bejn is-26 u l-31 ta’ Marzu.

Malta se jkollha żewġ timijiet tal-irġiel. Is-sitt plejers li se jirrappreżentaw lil Malta fil-Men’s huma Claudio Cassar, Owen Amato, Gary Carr, Johan Attard, Mevrick Zammit u Stephen Mangion. Il-kowċ huwa Clevion Micallef.

It-tim tas-Seniors hu magħmul minn Jesmond Schembri, Clint Grima, Christopher Demicoli, Conrad Catania, Lee Grima, u Antoine Aquilina. Il-kowċ se jkun Philip Gatt li hu wkoll president tal-Malta Blackball Federation u li se jkun qed imexxi d-delegazzjoni.

Mad-delegazzjoni hemm ukoll ir-referee internazzjonali Christopher Busuttil li hu magħżul mill-EBA sabiex jikkontrolla xi logħbiet minn dan it-turnament.

Malta se tkun qed tilgħab kontra Wales, Ġibilta’, il-Katalunja, l-Iskozja, l-Ingilterra, l-Irlanda, l-Awstralja, l-Irlanda ta’ Fuq, l-Olanda u l-Afrika t’Isfel fi grupp li mistenni jkun ferm kumbattut.

Sport