Kisba internazzjonali fantastika għas-sewwieq tat-tlielaq Malti ta’ 14-il sena, Benjamin “Benji” Westwood, li kiseb it-titlu ta’ Viċi Champjon fil-finali tal-“IAME Warrior Final” tal-2026 fil-kategorija X30 Senior, f’Viterbo, l-Italja!
F’kompetizzjoni ħarxa kontra 105 sewwieqa oħra fil-kategorija Senior, Westwood kellu ġimgħa eċċezzjonali, li matulha rebaħ diversi tiġrijiet ta’ kwalifikazzjoni u kiseb post fuq il-podju!
Bħala rappreżentant tat-tim “Victory Lane Racing Team”, Benji qed ikompli jħalli l-marka tiegħu fix-xena internazzjonali, minkejja li huwa wieħed mill-iżgħar sewwieqa li qed jikkompetu.
Viċi Champion fl-“IAME Warrior Final” – Kategorija X30 Senior. Dan kien riżultat storiku li jimla lil Malta bi kburija!
Prosit kbira lil Benji, lit-tim tiegħu u lil kull min qed jappoġġjah f’dan il-vjaġġ!




